Now loading.
Please wait.

menu

Blog Article

Fiduċja fiż-Żgħażagħ

Kitba ta’ Bryony Bartolo | Segretarja Ġenerali FŻL

 

Matul dawn l—aħħar snin dejjem rajna l-Partit Laburista u l-Gvern preżenti jagħti importanza

liż-żgħażagħ, kemm permezz ta’ miżuri li fiċ-ċentru tagħhom kien hemm iż-żgħażagħ kif ukoll

permezz ta’ żgħażagħ li jiddedikaw il-ħin tagħhom sabiex iservu fil-Kunsilli Lokali. Anke wara r-

riżultat pożittiv tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, rajna ż-żgħażagħ ikomplu jingħataw aktar

importanza u fiduċja. Filfatt minn 58 kandidat żagħżugħ u żagħżugħa, li kkontestaw dawn l-

elezzjonijiet f’isem il-partit Laburista, 45 kandidat/a ġew fdati bit-tmexxija tal-lokalitajiet

rispettivi bħala kunsilliera u saħansitra anke bħala sindki. Filfatt, rajna li 8 sindki huma żgħażagħ.

Dan ir-riżultat huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalina bħala Forum Żgħażagħ Laburisti (FŻL) li ghal

darb’oħra tellajna l-kampanja Start. Kienet kampanja qasira ta’ ftit ġimgħat iżda waħda li, wara

dan ir-riżultat, nistgħu ngħidu li kienet effettiva. Kienet kampanja li serviet ta’ pjattaforma għal

dawn iż-żgħażagħ. Dan ghaliex bħala FŻL nemmnu li dawn iż-żgħażagħ b’ideat godda, energija u

determinazzjoni huma essenzjali sabiex ikollhom sehem fit-titjieb tal-ħajja tar-residenti fil-

lokalitajiet rispettivi tagħhom.

Matul dawn il-ġimgħat saru diversi laqgħat għaż-żgħażagħ mal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Sirna nafu ukoll aktar il-kandidati mill-qrib permezz ta’ żewġ programmi speżjali li ttelgħu fuq it-

TV. Spikkaw l-aktar numru ta’ laqgħat li ttelgħu f’Għawdex u uħud mill-lokalijitajiet f’Malta.

Dawn il-laqgħat kienu miftuħa għar-residenti sabiex jiġu jiltaqgħu mal-kandidati żgħażagħ. Barra

minn hekk, kellna ukoll materjal promozzjonali għal kull kandidat kemm fuq il-paġna tagħna fuq

Facebook kif ukoll fuq it-TV.

Għall-ewwel darba, f’dawn l-elezzjonijiet żgħażagħ ta’ 16-il sena kellhom dritt li jipparteċipaw

f’dan l-eżerċizzju demokratiku u jagħzlu lil min imexxi l-lokalita tagħhom. Kienet inizjattiva ġdida

li setghet ukoll ikkontribwixxiet għall-ammont ta’ żgħażagħ li ġew eletti. Dan għaliex iż-

żgħażagħ votanti jħossuhom aktar viċin ta’ kandidati żgħażagħ li jirraprezentaw aktar l-ideat u l-

aspirazzjonijiet tagħhom.

Minkejja dan ir-rizultat pożittiv, iż- żgħażagħ kollha li ġew eletti għandhom iżommu saqajhom

mal-art u jibqgħu viċin ir-residenti li tawhom il-fiduċja tagħhom. Flimkien, iridu jisimgħu il-

bżonnijiet tar-residenti u jpoġġu dawn il-ħtiġijiet fuq quddiem tal-ħidma tagħhom. Flimkien,

iridu jkomplu jaħdmu fuq it-tajjeb li diġa’ qed isir u fl-istess waqt itejbu dak li mhux qed isir

tajjeb. Fl-aħħar mill-aħħar ir-resident irid igawdi minn ħajja aħjar fil-lokalita.

Min-naha tagħna bħala FŻL nieħdu gost naraw aktar żgħażagħ jersqu lejn dan il-moviment u

jipparteċipaw fi ħdan din l-għaqda. Huwa bis-saħħa ta’ dan li l-FŻL, flimkien mal-Partit Laburista,

ikun jista’ jorganizza kampanji effettivi b’dedikazzjoni u serjeta li fl-aħħar mill-aħħar joffru

alternattiva għall-elettorat. Is-sehem taż- żgħażagħ f’dawn il-kampanji huwa wiehed essenzjali

għax iż- żgħażagħ mhumiex biss il-futur imma wkoll parti integrali mill-preżent.

 

Bryony Bartolo

Bryony Bartolo

 

26 Apr, 15

 

 

latest comments

There are 0 comment. on "Fiduċja fiż-Żgħażagħ"