Now loading.
Please wait.

menu

Blog Article

Ħidma li ma waqfitx

Kitba: Bryony Bartolo, Segretarja Ġenerali FŻL

Ħarsa lejn is-Sena li għaddiet

Għaddiet sena ohra ta’ hidma għall-Forum żgħażagħ Laburisti (FŻL), sena li fiha bqajna għaddejin b’ritmu tajjeb b’attivitajiet varjati. Iżda min ma jiġġeddidx jispiċċa jeħel fin-nostalġija tal-passat u ma jkunx preparat għall-futur.

Kien dan li ħeġġeġ lill-FŻL sabiex ikompli jaħdem u jagħti dehra ġdida lill-għaqda, kemm permezz tal-logo il-ġdid kif ukoll permezz ta’ ristrutturar fl-operat. Dan kollu sar minkejja s-suċċessi li kompliet tikseb din l-għaqda f’dawn is-snin. Filfatt, il-FŻL waqqaf il-fergħat distrettwali sabiex ikun hemm aktar kuntatt maż-żgħażagħ f’kull distrett.  Għal dan il-proġett ġew individwati għadd ta’ żgħażagħ interessati jaħdmu fl-FŻL sabiex jokkupaw karigi f’dawn il-fergħat u jaħdmu flimkien fuq attivitajiet politiċi u anke soċjali.

Wieħed mill-għanijiet tal-FŻL huwa li jrawwem iz-żgħażagħ fid-dinja tal-politika. Għalhekk, għat-tieni darba itellgħet il-kampanja START, kampanja li għal darbohra kellha riżultat ferm sabiħ. Filfatt, għadd ta’ żgħażagħ ipparteċipaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali b’58 żagħżugħ u żagħżugħa jiġu eletti bhala sindki jew kunsilliera fil-lokalijitajiet rispettivi tagħhom sabiex b’enerġija u determinazzjoni jaħdmu għal ġid tal-lokalitajiet tagħhom.

Din is-sena pruvajna ukoll inqajjmu diskussjoni fuq diversi temi politiċi. Filfatt, wara riċerka li saret minn membri fi ħdan l-eżekuttiv tal-FŻL, ġew individwati temi li dwarhom tellajna laqgħat ta’ diskussjoni. Dawn kienu ir-riforma fil-liġi tal- protezzjoni tal-embrijuni u s-sigurta’ u l-infurzar tal-liġijiet f’postijiet ta’ divertiment. Dwar din tal-aħħar l-FŻL ippreżenta sett ta’ proposti lill-Ministru għall-Affarijiet Interni u Sigurta Nazzjonali l-Hon. Dr Carmelo Abela li fihom proponejna kif għandha titjieb is-saħħa u s-sigurta f’postijiet ta’ divertiment kemm permezz ta’ introduzzjoni ta’ liġijiet godda kif ukoll permezz ta’ infurzar tal-liġijiet attwali.

Ma naqsitx il-parteċipazzjoni tagħna f’attivitajiet internazzjonali. Filfatt din is-sena rappreżentanti tal-Għaqda flimkien mas-Segretarju Internazzjonali tal-FŻL ipparteċipaw f’żewġ konferenzi f’Pariġi. Dawn il-konferenzi kienu dwar il-bidla fil-Klima, organizzata mill-S&D, kif ukoll dwar il-kriżi tal-immigrazzjoni, organizzata mill-Young European Socialists (YES).

Bħal kull sena, fiċ-ċentru tas-suċċess tal-għaqda hemm għadd ta’ membri li lkoll flimkien jiddedikaw il-hin u l-enerġija tagħhom sabiex din l-għaqda tkompli miexja l’quddiem. Flimkien inkomplu mmexxu l’quddiem dak li nemmnu fih filwaqt li nwettqu f’realta l-aspirazzjonijiet taz-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.

Nistedinkom tingħaqdu magħna nhar il-Ħamis 10 ta’ Marzu, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamrun mis-6pm ‘il quddiem ghall-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-FŻL. Inħeġġeġ liz-żgħażagħ kollha sabiex jingħaqdu magħna għal dan iż-żmien kruċjali u eċitanti li hemm quddiemna sabiex inkomplu naħdmu fuq il-ħidma siewja ta’ dan il-Gvern.

Suċċess iehor ghall-FŻL fil-qasam Internazzjonali

Matul dawn l-aħħar snin il-FŻL kompla jkabbar il-hidma internazzjonali tiegħu f’organizzazjonijiet ta’ żgħażagħ socjalisti Ewropej kif ukoll diniji. Organizzajna diversi attivitajiet bhal Political School u l-akbar festival internazzjonali ghaz-żgħażagħ Soċjalisti minn madwar id-Dinja, il-IUSY World Festival. Madanakollu, il-ħidma internazzjonali ma waqfitx hemmhekk. Il-qofol tas-suċċess fil-ħidma internazzjonali intlaħaq ftit ta

l-ġranet ilu meta Nikita Ellul u Glenn Micallef ġew eletti fl-International Union of Socialist Youths (IUSY) bħala Viċi-President u membru fil-Kummissjoni ta’ Kontroll, rispettivament. B’hekk Malta hija l-unika pajjiż li għandha żewġ delegati fi ħdan it-tmexxija tal-IUSY.

L-irwol tal-Viċi President fi ħdan il-IUSY huwa ferm importanti għaliex dan il-grupp ta’ Viċi Presidenti jaraw li mozzjonijiet u resoluzzjonijiet li jgħaddu fil-IUSY jiġu implimentati fil-pajjiżi rispettivi. Fost l-aktar resoluzzjonijiet importanti din is-sena kien hemm soluzzjoni favur il-paċi fl-Israel u l-Palestina.

Bryony Bartolo

Bryony Bartolo

06 Mar, 16

 

 

latest comments

There are 0 comment. on "Ħidma li ma waqfitx"