Now loading.
Please wait.

menu

Blog Article

Fiduċja fiż-Żgħażagħ… Fiduċja fin-nisa?

Kitba ta’ Rachel Powell | Kunsilliera Kunsill Lokali Dingli u Membru FŻL

Hekk kif din il-ġimgħa rajna diversi kunsilliera jieħdu l-ġuramenti tal-ħatra sabiex jibdew il-ħidma

tagħhom fil-lokalitajiet rispettivi, ħarsa ħafifa lura lejn ir-riżultati miksuba f’dawn l-elezzjonijiet tal-

Kunsilli Lokali turina biċ-ċar il-fiduċja qawwija li l-poplu Malti qed ikompli juri fiż-żgħażagħ tiegħu.

Mill- 58 kandidati żgħażagħ ippreżentati mill-Partit Laburista ġew eletti 44. B’kollox minn total ta’

129 kandidati żgħażagħ ġew eletti 92. Dan ifisser li 78% tal-kandidati żgħażagħ li kkontestaw dawn

l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali se jkunu qed iservu u jkomplu jagħtu l-kontribut tagħħhom fil-Kunsilli

Lokali ta’ Malta u Għawdex. Ikompli jżid mal-unuri miksuba huwa l-fatt li 7 Sindki eletti huma ukoll

żgħażagħ, bl-iżgħar Sindku bl-eta’ ta’ 18-il sena. Dan huwa sinjal ċar li ż-żgħażagħ għal darba oħra

kienu protagonisti, ż-żgħażagħ qed ikomplu jiktbu paġna oħra fl-istorja ta’ pajjiżna.

Is-sehem li kellhom iż-żgħażagħ fl-elezzjonijiet ta’ nhar is-Sibt 11 t’April, ma jistax jiġi injorat. Bla

dubju ta’ xejn parti sostanzjali ta’ dan is-suċċess huwa dovut lil Forum Żgħażagħ Laburisti fejn bil-

kampanja Start aħna bħala kandidati żgħażagħ ġejna mgħejjuna bi pjattaforma minn fejn stajna

nwasslu l-ideat tagħna. Dan kompla jgħin sabiex l-element żgħażugħ fi ħdan dan il-movument

ikompli jissaħħaħ. Il-Vot 16 kien tarġa oħra sabiex inkomplu nsaħħu d-demokrazzija f’pajjiżna.

Rajna kif f’dawn l-elezzjonijiet żgħażagħ bejn 16 u 18-il sena intgħataw għall-ewwel darba id-dritt

tal-vot.

Għalkemm il-parteċipażżjoni żgħażugħa laħqet il-miri mixtieqa, il-parteċipazzjoni tan-nisa fadlilha

triq twila sabiex tissaħħaħ u tagħti l-frott mixtieq. Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali

Dr Owen Bonnici fid-diskors tiegħu waqt l-okkazjoni tal-Ġuramenti tal-Ħatra fisser kif f’dawn l-

elezzjonijiet iż-żagħżagħ marru aħjar min-nisa, b’riżultat li s-soċjeta’ qed telegi iktar żgħażagħ milli

nisa. Dan għaliex b’kollox 71% taż-żagħżagħ li kkontestaw ġew eletti. Madanakollu kienu biss

55% tan-nisa li kkontestaw u ġew eletti. Dan ifisser li minn 224 kunsilliera eletti, kien hemm 45

mara eletta. Mis-Sindki kollha ta’ Malta u Għawdex 15% biss huma nisa. Fl-aħħar 22 sena kienu

biss 28 mara li servew fil-kariġa ta’ Sindku.

Hekk kif naraw dawn il-figuri joħroġ fatt inkwetanti, il-perċentaġġ tan- nisa f’pożizzjonijiet għolja ta’

tmexxija huwa tant miżeru li ma jirriflettix u ma jirrapreżentax b’ mod konkret il-popolazzjoni tan-

nisa f’pajjiżna. Imiss issa lilna n-nisa sabiex innaqxu isimna fl-istorja ta’ pajjiżna. Hemm bżonn li

nibnu fuq kampanja li tħeġġeġ iktar nisa sabiex jidħlu fil-ħajja politika. Nisa kapaċi għal dan it-tip ta’

xogħol politiku hawn. Il-problema hija li għal xi raġuni jew oħra in-nisa qed iżommu lura milli

jagħmlu dan il-pass.

Irridu nuru li n-nisa bil-ħilijiet u l-abilitajiet tagħhom, u mhux biss għax hemm bżonn li ntejbu dawn

il-figuri, kapaċi jagħtu kontribut fil-lokalita’ tagħhom u anke f’pajjiżna. Ma nistgħux niefqu hawnhekk!

Ikun inutli li nħeġġu lin-nisa jipparteċipaw jekk l-elettorat ma jarafx il-bżonn li jiġi rrapreżentat b’mod

iktar bilanċjat, u għalhekk, huwa stess jgħażel li jagħti fiduċja u appoġġ lil kandidatura femminili.

 

Rachel Powell

Rachel Powell

 

03 May, 15

 

 

latest comments

There are 0 comment. on "Fiduċja fiż-Żgħażagħ… Fiduċja fin-nisa?"