Now loading.
Please wait.

menu

Blog Article

Kontabbiltà

Kitba ta’ Chris Balzia – Teżorier FŻL

F’dawn it-tlett snin ta’ Gvern immexxi minn Joseph Muscat esperjenzajna stil ġdid ta’ kif issir il-politika, stil li fiha qed iddaħħal il-kultura tal-kontabbilita’ u r-responsabbilta’ fost il-ministri u segretarji parlamentari. Mhux ħaġa faċli li tkun ministru, speċjalment meta inti trid tirrispondi għall-azzjonijiet u deċiżjonijiet t’individwi oħra li jaqgħu taħt xi wieħed mid-dipartimenti tal-ministeru li tkun qed tmexxi.

Sew kif il-ministru jiehu l-prosit mill-pubbliku meta xi ħaġa tmur tajba, l-istess għandu jkun kapaċi jerfa’ r-responsabbilta’ meta xi ħaġa tmur ħażin. Huwa dan il-mument li jiddistingwi bejn min għandu maturità politika u bejn min le.

Dan juri ukoll ħaġ’oħra – li l-Prim Ministru għandu l-kontroll tal-kabinet u huwa imdawwar minn Ministri u Segretarji Parlamentari responsabbli. Tali atteġġjament minn Prim Ministru huwa ta’ konsolazzjoni għall-poplu għax juri li pajjiżna għandu kap li jaf fejn irid jwassalna u kif iwassallana. Dan jikkuntrasta ferm ma dak li konna imdorrijin naraw mill-amministrazzjonijiet preċedenti Nazzjonalisti. Il-ministri bhal donnu kellhom il-poter assolut li jibqgħu fir-rwol tagħhom indipendentament mir-riżultati u d-deċiżjonijiet li kienu jittieħdu fil-ministeri tagħhom.

Attakki fuq l-individwi

Tista’ tikkritika l-irwol, iżda m’għandekx għalfejn tattakka b’mod personali. Kemm nistgħu naqgħu aktar fil-baxx minn hekk? Sfortunatament din l-attitudni daħlet drawwa mal-esponenti tal-Partit Nazzjonalista. Iktar moħħhom biex jgħajjru b’mod personali lill-individwu milli jikkritikaw it-tmexxija tal-pajjiż. Dan juri li Simon Busuttil u sħabu m’għandhomx viżjoni tal-politika li jrid ifassal. Il-Partit Nazzjonalista moħħu biss biex iħammeġ u jdgħajjef il-personalitajiet tal-gvern biex jipprova jirbaħ xi punt politiku. Jinsa’ iżda li għal kull punt li qed jipprova jirbaħ, qed ikompli jitlef il-kreddibilita’ personali u tal-partit tiegħu.

Mafja

Ma nistax nifhem kif il-kap tal-oppożizzjoni, kap li qed jaspira li jkun Prim Ministru ta’ Malta kollha, jinżel fil-livell baxx li jgħajjar lin-nies ‘maħmuġin’ u ‘mafja waħedhom’. Dan huwa messaġġ ta’ firda li ġej minn persuna pubblika li minn issa, mill-bankijiet tal-oppożizzjoni, qed juri l-istil ta’ tmexxija li jħaddan – dak li jiddistingwi bejn min hu laburist u nazzjonalist.

Kif jista’ persuna b’simpatija laburista, li ġenwinament qed tagħmel xogħolha sew, tħossha sikura li kieku Simon Busuttil jilħaq Prim Ministru!? Dan huwa messaġġ ta’ firda, u messaġġ perikoluż ħafna. Dan juri li Simon Busuttil iħares lejn l-individwu skont il-kulur politiku tiegħu…jew aħjar, skont jekk għandux wiċċu ta’ Nazzjonalist.

Chris Balzia

Chris Balzia

31 Jan, 16

 

 

latest comments

There are 0 comment. on "Kontabbiltà"