Now loading.
Please wait.

menu

Blog Article

Kontinwità

Kitba ta’ Georvin Bugeja, Kordinatur tal-PR, FŻL

Kontinwità; din hija t-tema li l-Forum Żgħażagħ Laburisti ressaq ‘il quddiem matul il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-istess għaqda li saret tlett snin minn meta tħabbar ir-riżultat elettorali tal-elezzjoni Ġenerali tal-2013; liem elezzjoni l-Partit Laburista rebaħ b’maġġoranza storika ta’ 36 elf fuq il-Partit Nazzjonalista.

Għal din il-laqgħa attendew ammont kbir ta’ żgħażagħ li kienu indirizzati fost l-oħrajn mill-Prim Ministru ta’ Malta u Mexxej tal-Partiblzfzl-45-mint Laburista Joseph Muscat, kif ukoll mid-Deputat Mexxej elett tal-Partit Laburista, il-Ministru Konrad Mizzi.

Fid-diskors tiegħu d-Deputat Mexxej Elett għall-Affarijiet tal-Partit, Konrad Mizzi, spjega kif il-Forum Żgħażagħ Laburisti għandu rwol importanti fi ħdan il-Partit Laburista. Huwa spjega kif il-Partit Laburista se jkompli jġedded l-operat tiegħu anke l-mod ta’ kif jitwassal il-messaġġ. Il-Ministru Konrad Mizzi stieden lilna ż-żgħażagħ sabiex ma nidejjqux inkunu viżjonarji fl-argumenti tagħna u ħeġġeġ sabiex fiċ-ċentru tad-diskussjoni jkun hemm suġġetti bħall-edukazzjoni vokazzjonali, l-ambjent u r-riforma kostituzzjonali.


blzfzl-50-minMin-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Joseph Muscat, li ingħata merħba kbira miż-żgħażagħ preżenti, enfasizza l-importanza li l-FŻL ser ikollu fiż-żmien li ġej, partikolarment fiċ-ċelebrazzjonijiet li se jkunu qed isiru fil-Belt Valletta għal Jum il-Ħaddiem; festa li tissimbolizza is-sisien
tal-Partit Laburista. Saħaq li hu għad għandu l-entużjażmu li daħal biha meta fl-2008 kien elett bħala Mexxej Laburista, filwaqt li  enfasizza li dan l-entużjażmu għandu jkun ukoll fina ż-żgħażagħ sabiex nibqgħu nwettqu l-bidla li pajjiżna kien tant ilu jistenna. Huwa saħaq li ż-żgħażagħ minn dejjem kienu l-katalisti tal-bidla fis-soċjetà u għalhekk, il-Prim Ministru stieden lilna ż-żgħażagħ sabiex ma nibżgħux inressqu ‘l quddiem għad-diskussjoni suġġetti li jafu jkunu kontroversjali, pero li jistgħu ibiddlu lil dan il-pajjiż. Il-Prim Ministru spjega kif minkejja d-diffikultajiet kollha matul l-ewwel tlett snin ta’ Gvernar, twettaq ħafna xogħol li kompla itejjeb il-livell ta’ għejxien tal-familji Maltin u Għawdin filwaqt li kompliet tiżdied l-ugwaljanza fis-soċjetà Maltija.  Il-Prim Ministru enfasizza l-kisbiet ekonomiċi li rnexxielu jikseb fi tlett snin dan il-Gvern; minn waħda qed tmajna għal tkabbir ekonomiku ta’ 6%. Saħaq li dan hu dak li jiddistingwi lil dan il-Movument minn partiti politiċi oħrajn li mhedijin sabiex ikunu distruttivi u negattivi. Il-Prim Ministru wassal messaġġ ta’ kuraġġ filwaqt li stieden aktar żgħażagħ sabiex jipparteċipaw fil-ħidma tal-FŻL.

blzfzl-13-min

Min-naħa tiegħu l-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti Dr. Alex Saliba saħaq li l-Forum Żgħażagħ Laburisti ser ikompli jagħti spazju liż-żgħażagħ sabiex isemmgħu l-vuċi tagħhom u l-ebda attakk feroċi fuq il-Partit Laburista, mill-Partit Nazzjonalista, immirat biss biex l-Oppożizzjoni tipprova tiskorja xi punti politiċi mhu se jaqta’ qalb iż-żgħażagħ milli jkunu protagonisti mill-ġdid fil-Partit Laburisti; kif intwera biċ-ċar matul dawn it-tlett snin ta’ ħidma. Alex Salib elenka l-ħidma ta’ dan il-Gvern favur iż-żgħażagħ matul dawn it-tlett snin. Il-President tal-FŻL irringrazzja lil erba’ membri mill-eżekuttiv tal-FŻL li fil-Laqgħa Ġenerali Annwali temmew il-ħidma tagħhom b’mod uffiċjali minħabba affarijiet personali jew responsabiltajiet oħrajn, kienu maħtura erba’ membri oħra fl-eżekuttiv.

Il-kontinwità għal dawn is-sentejn li ġejjin hija waħda importanti. Ser nibqgħu inwasslu messaġġ pożittiv li juri u jispjega biċ-ċar x’hini l-viżjoni ta’ dan il-Movument għall-Malta, filwaqt li nispjegaw ukoll x’bidla seħħet sa issa. Apparti minn hekk kif għamilna matul dawn l-aħħar tlett snin ser nibqgħu nagħtu vuċi liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin għaliex wara kollox din il-fergħa fi ħdan il-Partit Laburista ser ikollha rwol importanti ħafna fil-futur ta’ dan il-Partit.

Georvin Bugeja

Georvin Bugeja

20 Mar, 16

 

 

latest comments

There are 0 comment. on "Kontinwità"