Now loading.
Please wait.

menu

Blog Article

L-inċertezza fil-Greċja

Kitba ta’ Kearon Bruno, Membru tal-Eżekuttiv FŻL

 

 

Is-sitwazzjoni tedjanti tal-Greċja li bħalissa qegħda tiddomina x-xena finanzjarja kompliet toħloq problemi fost il-mexxejja taż-żona Ewro.  Bailout mhux xi ħaġa li pajjiż jieħu gost bih avolja neċessarju fi żmien diffiċli, iżda lanqas hi xi ħaġa li qatt ma seħħet qabel, u tajjeb li ngħidu li kull meta ingħata bailout, il-pajjiż li irċieva dan il-bailout kellu joqgħod għal miżuri imposti fuqu mill-membri l-oħra.  Uħud minn dawn il-miżuri jinkludu żieda fit-taxxi u li l-gvern inaqqas l-infieq tiegħu sabiex ikun jista’ jnaqqas d-deficit tal-pajjiż.  Iżda dan mhux il-kas fil-Greċja, fejn il-gvern tas-Syriza ma jridx jaċċetta dawn il-miżuri mposta fuqu.

 

Fil-qasam tal-ekonomija, ħafna ekonomisti joħolqu teoriji sabiex jagħtu spjegazzjoni aħjar ta’ dak li qiegħed jiġri u miżuri ta’ kif tista’ ittejjeb is-sitwazzjoni.  Il-miżuri imposti wara bailout jagħmlu mat-teorija tal-ekonomisti neo-klassiċi fejn dawn jisħqu li gvern għandu jnaqqas id-defiċit billi jżid it-taxxi u jnaqqas l-infieq tiegħu, pero tajjeb ngħidu ukoll li dawn il-miżuri ta’ awsterità jġibu magħhom problemi kbar fil-pajjiż konċernat.

 

Jidher biċ-ċar li l-gvern immexxi bil-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras ma għandu l-ebda xewqa li jerġa’ jgħaddi lil pajjiżu minn żmien ieħor ta’ awsterità, fl-aħħar mil-aħħar kien dan il-mandat li tellgħu fil-gvern.  Tsipras, flimkien mal-ministru tal-finanzi Grieg Varoufakis jidher li jridu l-‘bailout’ iżda jimxu mat-teorija imseħja ‘keynesian’, fejn hawn naraw li bil-kontra tan-neo-klassiċi, gvern għandu jżid l-infieq tiegħu sabiex l-ekonomija terġa’ tqum fuq saqajha.  Dan in-nuqqas ta’ qbil qiegħed aktar ma jmur iż-żmien ikompli joħloq problemi serji u ta’ inċertezza fiż-żona ewro.

L-għan aħħari ta’ munita waħda bejn il-pajjiżi kollha u t-tkabbir fejn jidħlu membri fiż-żona Ewro jista’ jagħti lok għal bidu ta’ qasma li r-riżultat tagħha jista’ jkun katastrofiku u ta’ kollas.  Il-futur taż-żona ewro jiddependi ħafna mir-riżultat tal-futur tal-Greċja; jekk il-Griegi jitilqu miż-żona Ewro, apparti li l-maġġoranza tad-dejn jintilef, irridu naraw ukoll jekk il-Griegi jkunux kapaċi jerġgħu iqajmu fuq saqajha l-ekonomija tal-pajjiż tagħhom.  F’dan il-każ nemmen li pajjiżi oħra jagħmlu l-istess.  It-Tnejn 29 ta’ Ġunju, il-poplu Grieg ħabbat wiċċu mal-għeluq tal-banek fejn ħafna rapporti wrew possibiltà kbira li l-Greċja titlaq miż-żona Ewro u b’hekk tipproteġi ruħha minn numru ta’ ħruġ ta’ depożiti mill-banek fil-pajjiż.  Għajnejn l-Ewropej ħa jibqgħu fuq il-Greċja u l-UE; jiġri x’ jiġri fir-referendum tal-lum il-Ħadd, wara din il-kriżi ż-żona Ewro qatt mhi se tkun l-istess.

 

 

Kearon Bruno

Kearon Bruno

 

05 Jul, 15

 

 

latest comments

There are 0 comment. on "L-inċertezza fil-Greċja"