Now loading.
Please wait.

menu

Blog Article

Taħriġ | 2016

From: Saturday, 17th September 2016 10:00 am
To: Saturday, 8th October 2016 2:00 pm

Tinteressak il-politika u l-kampanji politiċi? Titħajjar titgħallem aktar dwar aspetti differenti li fuqhom tkun ibbażata kampanja?

Fiż-żmien li ġej il-Forum Żgħażagħ Laburisti se jkun qed jorganizza serje ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ għall-membri tiegħu u żgħażagħ interessati jissieħbu fil-Partit Laburista fuq numru ta’ suġġetti. Dawn se jikkonsistu f’numru ta’ workshops minn professjonisti f’dawn is-setturi.

Is-suġġetti se jinkludu temi bħal:

– Creative Thinking: Workshop dwar skills ta’ kif tkun innovattiv fil-ħsibijiet.

– Public Speaking: Workshops li se jagħtu taħriġ dwar kif titkellem fil-pubbliku u quddiem udjenza.

– Kitba: Workshops dwar kif twassal messaġġ politiku b’mod miktub.

– Midja Soċjali: Workshops dwar il-midja soċjali u pjattaformi onlajn u kif dawn jistgħu jiġu użati f’kampanji politiċi.

Fl-aħħar nett se jkun hemm ukoll attività soċjali li fiha jitqassmu ċertifikati lill-parteċipanti kollha.

Dati: 17 u l-24 ta’ Settembru 2016
1 u 8 ta’ Ottubru 2016

Kull min hu interessat għandu japplika online fuq bit.ly/tahrig2016

Il-laqgħat se jsiru fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, l-Ħamrun.

Programm ta' Taħriġ 2016

Programm ta’ Taħriġ 2016

 

12 Aug, 16

 

 

latest comments

There are 0 comment. on "Taħriġ | 2016"