Now loading.
Please wait.

menu

Blog Article

Stqarrija: L-FŻL jilqa’ b’sodisfazzjon il-budget ippreżentat nhar it-Tnejn

Stqarrija

 

L-Erbgħa 14 ta’ Ottubru 2015 

 

Maħruġa mill-Forum Żgħażagħ Laburisti

 

L-FŻL jilqa’ b’sodisfazzjon il-budget ippreżentat nhar it-Tnejn

 

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti jinsab jodisfatt bil-baġit li ġie ppreżentat nhar it-Tnejn, fejn fost id-diversi faxxex fis-soċjetà li ġew indirizzati, huwa ċar li għal darb’oħra il-Gvern qed jinvesti fiż-żgħażagħ.

 

Nilqgħu bi pjaċir l-estenzjoni fuq l-iskema ta’ eżenzjoni mill-boll għall-first time buyers; skema li tagħti nifs lil koppji żgħażagħ li wasslu biex jinvestu fl-ewwel propjetà tagħhom.

 

Dawk iż-żgħażagħ li għadhom qed isegwu l-istudji tagħhom ser jibqgħu jirċievu l-istipendju, li kif imwiegħed, ser jibqa’ jiżdied pro-rata. L-investiment li se jsir fl-Universita ta’ Malta inkluż l-iżvilupp ta’ ċentru residenzjali huwa essenzjali sabiex nibqgħu noffru l-aħjar faċilitajiet lill-istudenti Maltin filwaqt li nattiraw dejjem iktar studenti barranin. Nilqgħu ukoll l-investiment fil-campus f’Għawdex, filwaqt li l-istudenti Għawdxin li jistudjaw f’Malta ser jingħataw żieda ta’ €300 fl-allowance tagħhom biex ikopru l-ispejjeż li jġarrbu fit-transizzjoni tagħhom minn Għawdex għal Malta. B’hekk bdiet tingħata attenzjoni xierqa lir-realtajiet li jaffaċċjaw dawn l-istudenti.

 

Nieħdu gost naraw ukoll li l-investiment li kien sar fi Smart City ser jibda jsir użu tajjeb u iktar tanġibbli minnu hekk kif ġie imħabbar investiment ta’ €56M għall-bini ta’ Institute of Tourism Studies ġdid fi Smart City. L-istudenti tal-ITS ser igawdu ukoll minn grant ta €233.

 

Għall-ewwel darba se tinfetaħ skola ġdida għal studenti ta’ 16 il-sena li jkunu għaddew minn eżami wieħed tas-SEC u ser jingħatalhom stipendju, biex b’hekk jingħataw ċans ieħor sabiex ikunu jistgħu ikomplu jistudjaw u eventwalment jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Dan ngħarfuh bħala pass importanti sabiex kemm jista’ jkun iż-żgħażagħ tagħna ikollhom opportunitajiet indaqs. Dan apparti l-estenzjoni fuq il-Garanzija għaż-żgħażagħ li, altru minn garanzija tal-washing machines, qed tħalli impatt sinifikanti fuq ir-rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ.

 

Nilqgħu b’sodisfazzjon ukoll l-introduzzjoni ta’ miżuri li jħeġġu l-proattivita, bħat-tnaqqis ta’ taxxa fuq attivitajiet sportivi, u l-inċentivi sabiex wieħed jagħmel użu ta’ mezzi alternattivi ta’ trasport.

 

 

 

Uffiċċju Komunikazzjoni

 

Partit Laburista

 

14 Oct, 15

 

 

latest comments

There are 0 comment. on "Stqarrija: L-FŻL jilqa’ b’sodisfazzjon il-budget ippreżentat nhar it-Tnejn"