Now loading.
Please wait.

menu

Blog Article

LIVE: Budget 2016

rect4136

 18:34 Bħalissa il-Ministru tal-Finanzi, l-Onor. Edward Scicluna u l-ispeaker tal-kamra jinsabu fi triqithom mill-Palazz Presidenzjali għall-bini tal-Parlament. Minn hawn u ftit ieħor jibda d-diskors tal-budget 2016.

 18:52 Jibda l-qari tad-diskors tal-budget mill-Ministru tal-Finanzi, l-Onor Edward Scicluna.

 18:58 Malta Ekonomija b’saħħitha: Il-Ministru Scicluna jispjega kif dan il-budget għandu l-għan li jkompli jibdni fuq il-budgets preċedenti; Stabbilita’ u ċertezza – tkabbir ekonomiku li jilħaq lil kulħadd.

 19:00 Malta għandha l-inqas rata ta’ qgħad fl-Ewropa filwaqt li d-defiċit niżel għal 1.6%.

19:05 Prijoritajiet: Inkomplu nsaħħu l-finanzi pubbliċi. Anqas piż ta’ taxxa fuq ix-xogħol. Ikun attirat aktar investiment barrani, ikunu msaħħa s-servizzi soċjali. L-ambjent huwa wkoll prijorita’. Għawdex u n-naħa t’isfel ta’ Malta ser jibqgħu jkunu prijorita’ għal dal Gvern. Ser naħdmu biex inkomplu ninvestu fl-infrastruttura.

 19:09 Il-Ministru qal li dan il-Gvern qed jaħdem biex inaqqas id-dejn biex il-ġenerazzjonijiet ta’ warajna ma jibqgħux jaffaċjaw dan il-piż.

 19:10 Il-politika attiva ta’ dan il-Gvern fis-settur tax-xogħol ser iwassal għat-tnaqqis tal-qgħad.

19:12 “Qed nerġgħu ngħollu l-istipendji” – Il-Ministru tal-Finanzi. Il-kumpens tal-għoli tal-ħajja ser ikun għal €1.75.

19:14 Il-pensjonanti u persuni fuq paga minima mhux ser iħallsu taxxa. Il-Minsitru ħabbar ukoll li  160,000 ruħ ser jibbenefikaw minn tnaqqis fit-taxxa.

19:16 Sabiex ikun inċentivat aktar l-isports il-Gvern ser ikun qed inaqqax il-VAT fuq attivitajiet sportivi minn 18% għal 7%. Il-Ministru ħabbar ukoll li ser titnaqqas it-taxxa tal-plejers u kowċis kollha għal 7.5%

 19:20 Matul din is-sena kienu introdotti l-in-work benefits.

19:21 Minn Jannar li ġej 12,000 anzjan ser igawdu minn żieda fil-pensjoni. Din iż-żieda ser tingħata għall-ewwel darba f’20 sena.

  19:27 Ġie mħabbar li  ser ikun allokat Miljun Ewro għal fond ta’ sussidju għall-carers.

 19:28 Ser tkun estiża l-iskema tal-first time buyers.

19:30 Rifużjoni tal-VAT żejda fuq il-karozzi tal-2005

 19:32 Ser jorħsu l-prezzijiet tal-fuel minn Jannar li ġej. Il-prezz tal-gass ser jinżamm stabbli sa April li ġej. Dan il-Gvern raħħas il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma meta ħaddieħor għollihom. 

 19:39 Inkomplu ninkoraġixxu x-xogħol. Ser nassiguraw li l-ħaddiema kollha jkollhom kuntratt ta’ xogħol li jirrifletti dak li hu mitlub skont il-liġi.

 19:42 Tħabbru 500 traineeship u work placements ġodda.

 19:43 Il-Ministru ħabbar li ser tkompli l-ġlieda kontra l-prekarjat.

 19:45 Il-qagħad fost iż-żgħażagħ niżel minn 14.0% għal 8.7% fl-ewwel sentejn ta’ Gvern Laburista. Il-garanzija taż-żgħażagħ ser tkompli tiġi offruta fis-snin li ġejjin.

 19:47 Diżabilita’: 24 persuna b’diżabilita’ fix-xahar isibu xogħol.

19:48 Mature Students ser ikunu qed jingħataw l-istipendju.

 19:50 Inkomplu ninvestu fl-Universita’ ta’ Malta: Ċentru residenzjali u tal-kommunita’ fl-Universita ta’ Malta.

 19:51 Ser jitkompla l-programm ta’ childcare b’xejn. Ser jinfetħu 3 child care centres ġodda.

19:53 Ser tinfetaħ skola ġdida għall-istudenti b’SEC wieħed. Dawn l-istudenti ser jingħataw l-istipendju.

 19:55 €80 Miljun fl-ekonomija permezz tar-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

 19:56 L-Enemalta terġa’ tqum fuq saqajha. Is-sena d-dieħla pajjiżna ser ikollu power station li taħdem bil-gass.

19:59 Solar farms tal-komunita’.

 20:00 Ċentru Nazzjonali għall-konsevazzjoni tal-ilma.

 20:02 Il-Gvern impenjat biex titnaqqas il-burokrazija żejda.

20:05 Tħabbret is-somma ta’ €200,000 assistenza għall-kumpaniji ġodda

 20:08 Il-Ministru qed iħabbar skemi ġodda għall-kumpaniji.

 20:12 Sa issa inġabru aktar minn €75 miljun mill-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment.

 20:16 It-traffiku huwa fuq l-aġenda ta’ dan il-Gvern. Il-karozzi rreġistrati fit-toroq Maltin żdiedu matul dawn l-aħħar sentejn. Dan il-Gvern beda minn sitwazzjoni fejn ma sab l-ebda pjan fil-qasam tat-traffiku. F’dawn l-aħħar 25 sena pjan għat-traffiku ma kienx hemm.

 20:18 Investiment fit-tiswijiet tat-toroq. Mis-sena d-dieħla ser jibda l-proġett tal-junction tal-Kappara segwit mit-triq tal-Marsa.

 20:20 Is-sistema tat-Trasport Pubbliku hija work-in-progress. Ser tkompli l-ħidma biex il-Gvern ikompli jtejjeb is-servizz tat-trasport pubbliku.

 20:23 Għotja sa’ massimu ta’ €250 għal min jixtri rota.

 20:27 Tnaqqis fit-taxxa tal-muturi ta’ 125cc għal €10. Dan filwaqt li bħalissa għadejjin it-tħejjijiet għalpolicy fir-rigward ta’ ‘car pooling’.

  20:29 Parkeġġi ġodda fil-Mosta u Wied il-Għajn.

 20:31 Il-Gvern wiegħed u qiegħed iwettaq riforma ħolistika fil-qasam tal-ġustizzja.

 20:34 Prijorita’ għan-naħa t’isfel ta’ Malta. Mis-sena d-dieħla mistennija jibdew ix-xogħlijiet fuq l-American University of Malta. Il-Komunita’ Bormliża ser tgawdi mir-riġenerazzjoni tal-Baċir numru wieħed filwaqt li f’Wied il-Għajn ser ikun qed jilqa’ pixxina ġdida minflok dik preżenti.

 20:36 Riġenerazzjoni ta’ Marsaxlokk.

 20:39 Kampus ġdid għall-ITS fi Smart City. Mis-sena akkademika li jmiss il-Gvern ser joffri €233 fi grant lil kull student li jattendi l-ITS.

 20:42 Għawdex: Ċentru għall-innovazzjoni u l-kreattivita’ f’Għawdex. Mina aktar vijabbli minn pont bejn Malta u Għawdex.

 20:46 Rifużjoni tal-paga lil min iħaddem ħaddiema f’Għawdex għal 3 snin. Ser ikun qed jingħata €300 żieda għall-istudenti Għawdxin.

 20:53 Proġett għall-parti t’isfel tal-Forti Sant’Iermu.

 20:54 Ser ikunu qed isiru xogħlijiet fil-faċilitajiet sportivvi f’diversi lokalitajiet.

 20:57 Inizjattiva biex titnaqqas l-istennija għall-hip u knee replacement. Ser jiżdidu wkoll 300 sodda oħra fl-Isptar Mater Dei.

 20:59 Ser jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ xogħol f’Għawdex fil-qasam tas-saħħa.

21:00 Naqsu l-mediċini out-of-stock għal 5.

 21:01 Proġett biex inwasslu l-mediċini fid-djar tal-anzjani.

 21:03 Titjib fl-Emerġenza ta’ Mater Dei.

21:03 Screening għall-kanċer tal-għonq tal-utru.

  21:09 Tisbieħ tal-ġonna tal-Furjana.

21:14 Soċjeta’ Ġusta – Id-dħul tat-tfal mhux se jkun ikkalkulat għall-benefiċċji soċjali.

 21:15 Inkomplu nsaħħu l-familji – ser ikun qiegħed jingħata leave għall-koppji li jagħmlu l-IVF.

 21:17 €12-il miljun għall-kumpless ġdid għall-persuni b’diżabilita’.

 21:21 €50 miljun għal riġenerazzjoni ta’ housing soċjali.

 21:21 Dan il-pajjiż miexi fid-direzzjoni t-tajba. Pajjiżna miexi lejn tkabbir bl-aktar rata mgħaġġla fl-Ewropa.

 21:23 Pajjiżna għandu amministrazzjoni li ma tibżax tieħu deċiżjonijiet iebsa. 

 MALTA EKONOMIJA B’SAĦĦITHA

 21:53 Minn hawn u ftit ieħor il-Prim Ministru ta’ Malta, Joseph Muscat, ser jindirizza konferenza tal-aħbarijiet fi Pjazza Kastilja.

KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET – Prim Ministru Joseph Muscat

 21:55 Il-budgets li qed jippreżenta dal-Gvern huma kontinwi – Joseph Muscat

 21:56 Qegħdin nippremjaw il-bżulija u qed noħolqu ġustizzja soċjali.

 21:59 Ġustizzja soċjali billi nagħtu prijorita’ lis-settur tad-diżabilita’.

22:02 Kuxjenza ambjentali u Gvern pro-business

 22:03 Naħsbu għall-infrastruttura ta’ pajjiżna.

22:03 Ser ikollna kampus ġdid tal-ITS.

 22:09 “Dan il-budget għandu jagħti fiduċja f’dan il-pajjiż” – Deputat Prim Ministru Louis Grech

 22:10 “L-ekonomija b’saħħitha mhix b’kumbinazzjoni” – Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna

12 Oct, 15

 

 

latest comments

There are 0 comment. on "LIVE: Budget 2016"