Now loading.
Please wait.

menu

Blog Article

AĠĠORNAT: Progress b’Responsabbiltà | Ir-Riforma fil-liġi tal-Protezzjoni tal-Embrijuni

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti qiegħed jorganizza serje ta’ laqgħat bit-tema Progress b’Responsabbiltà. Illum l-Erbgħa 7 ta’ Ottubru 2015, ser inkunu qed niddiskutu ir-riforma fil-liġi tal-Protezzjoni tal-Embrijuni.

Il-mistiedna fuq il-panel huma:

  • Mark Sultana – Senior lecturer tal-Filosofija fl-Università ta’ Malta
  • Claudette Abela Baldacchino – President ta’ Nisa Laburisti (NL)
  • Mark Sant – Ġinekologu
  • Naomi Cachia – Uffiċjal Politku tal-Forum Żgħażagħ Laburisti (FŻL)

Moderatur – Glenn Micallef (FŻL)

Jindirizza – L-Onor. Chris Fearne (Segretarju Parlamentari għas-Saħħa)

AGGORNAT 

L-ewwel workshop tal-FŻL jinghata bidu bl-introduzzjoni tal-moderatur Glenn Micallef. L-għan ta’ dan id-dibattitu hu li jidiskuti l-liġi tal-embrijuni, fejn possibilment ikun hemm riforma. Gelnn jistieden lil l-Onor. Chris Fearne biex jagħati bidu lil dan il-workshop billi jfisser x’sar f’dawn is-snin u x’inhu mistenni fil-futur.

L-Onor. Chris Fearne semma kif hawn qbil fil-pajjiż illi l-IVF u t-teknoloġija li tinvolvi hija aċċettata bħala xi ħaġa tajba fejn tirrizulta f’għexieren ta’ ħajjiet ġodda. Hemm bżonn pero’ li jingħataw iktar opportunitajiet lil iżjed koppji minn dawk li l-liġi tippermettilhom illum.

It-teknoloġija tal-lum tgħin sabiex tillimita telf ta’ embrijuni meta jiġu biex jerġgħu jintużaw wara li jkunu ġew friżati.

Hemm xewqa sabiex koppji omosesswali jingħatalhom l-opportunita’ li jużaw il-proċess tal-IVF, u b’konsegwenza jinbeda l-sperm bank.

Il-moderatur jintroduċi l-panel għall-lejla.

L-ewwel mistoqsija tiġi inidirizzata lil Naomi Cachia.

Naomi Cachia saħqet dwar il-bżonn ta’ dan il-workshop hija sabiex ikun hemm diskussjoni bilanċjata u fattwali, bla sensazzjonalizmu, sabiex l-interessi ta’ dawk in-nies li qed jagħmlu użu jew jixtiequ jagħmlu użu minn dan it-trattament. Hemm iktar mill-aspett mediku u etiku, iżda trid issir diskussjoni ħollistika fejn jinkludi l-aspetti psikoloġiċi u anke soċjali.

Claudette Abela Baldacchino ttenni li il-liġi kif inhi bħalissa ma tagħmilx ġustizzja lejn il-fertilita’. Bħala Nisa Laburisti, tkelmu fuq l-eta’ li hija applikabbli għaliha bħalissa il-liġi tal-IVF, dwar iċ-ċans ta’ embryo freezing u anke donazjonijiet kemm tal-isperma u anke tal-bajda.

Nisa Laburisti mexxew ukoll il-punt ta’ surrogacy għal dawk li huma medikament impossibbli li jkollhom it-tfal. Issotni li huwa importanti li ma tintnesiex iċ-ċiklu diffiċli li tgħaddi minnu sabiex tgħamel l-IVF.

Is-Sur Mark Sant isostni kif statistiċi juru kif bis-sistema tal-lum qed tirriżulta iktar f’miscarriages milli suċċessi. Għalhekk, hemm bżonn li tinbidel il-liġi fejn ir-riforma proposta tissuġerixxi li isir attentat ta’ fertilizzazjoni ta’ 5 bajdiet f’każijiet fejn il-probabilta’ ta’ suċċess ikun baxx.

Mark Sultana jibda billi jgħid li hawn kunsess fuq l-aspett tal-ħajja. Huwa jemmen li filwaqt li jintwera rispett lejn dawk li jixtiequ jsiru ġenituri, hemm bżonn jinżamm ir-rispett lejn l-embrijuni, fejn fl-aħħar mill-aħħar huma bnedmin vulnerabbli u trid tiġi rrispettata d-dinjita’ tagħhom. Il-proċess ta’ vetrifikazzjoni ma jgħamilx dan għaliex qieħghed ipoġġi on hold il-ħajja.

L-ewwel intervent mill-pubbliku preżenti jsir mill-organizzazjoni MŻPN. Il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista jsosstnu li qabel ma jiġu evalwati d-diversi proposti (anke dawk li saru minn Nisa Laburisti) mressqa ‘l quddiem, hemm bżonn issir reviżjoni u emendi għal dak li jeżistu diġa’. Hija importanti ukoll li l-Gvern jippublika paper fuq x’inhi d-direzzjoni ta’ din ir-riforma.

It-tieni intervent isir mill-MHSA, għaqda studenteska, fejn itennu li huwa importanti li tingħata importanza lill-koppja, pero ma jridux jintnesew l-embrijuni. Bil-proċess tal-iffriżar tal-embrijuni, din ser tkun qiegħda tipproteġi l-ħajja għaliex qed tgħati ċans lil dawk l-embrijuni ‘żejda’ jkollhom ħajja iktar tard.

MCOW isaqsu jekk il-fertilizazzjoni tal-embrijuni żejda hemmx bżonn isir mal-ewwel jew meta jerġa’ jkun hemm bżonn. Hemm ukoll issue bl-anonimita’ meta tiġi għal donazzjonijiet tal-embrijuni.

Esperta fuq dan is-settur, Donia Scicluna, issotni li hemm bżonn li jingħata psyco-social support lil dawk il-koppji li qed jgħaddu mill-proċess tal-IVF. Huwa wkoll importanti li tiġi enfasizzata li bl-embryo freezing, mhux ser ikun il-każ li jkun hemm ħafna minn dawn l-embrijuni u ser ikunu każijiet eċċezzjonali fejn jiġri dan. Ukoll, huwa dritt li t-tarbija ikollha l-identita’ tagħha fejn barra minn Malta, huwa bil-liġi li din it-tarbija meta tilħaq l-eta’ ta’ 13-il sena issir taf min huma il-ġenituri bioloġiċi meta jkun hemm adoption donation.

Gaby Calleja milll-MGRM tibda l-intervent  billi tgħid li saru diversi statements dwar il-pożizzjoni tal-MGRM fejn ġiet attakata li qed tipromwovi l-abort. Fejn jidħol l-embryo vetrification, il-parir mediku se jkunu kkunsidrati. Favur ukoll donations (mhux biss ta’ sperm donations) sabiex tgħin kemm same-sex couples, kif ukoll persuni single li jixtiequ li jkollhom it-tfal.

Il-Malta Humanist Association issostnu li l-liġi ma tridx tirristrinġi koppja milli jkollha familja, anke meta tirrikkjedi servizzi mediċi. Huma jsostnu li l-embrijun m’huwiex bniedem imma ċelloli fejn l-iżvillup tagħhom għadu ma bediex u jaqblu wkoll dwar l-eliġibilta’ lil koppji tal-istess sess, etċ.

Grace Attard mil-Life Network Foundation, isemmi kazijiet ta’ koppji li għaddew minn miscarriges u b’diżabilta’. Issotni li l-embrijun huwa bniedem għaliex għandu bażi ta’ DNA u ħadd ma’ għandu dritt li l-dan l-embrijun għandu dritt mhux għal ħajja biss iżda tal-kwalita’ tal-ħajja.

Intervent mill-Moviment Kattoliku Studenti Universitarji(MKSU) jsostnu li il-bażi ta’ dan kollu hija l-ħajja mill-bidu tal-konċepiment. Isaqsi jekk għadux il-ftehim li l-ħajja tibda fil-konċempiment u hemm bżonn li jingħata vuċi lill-embrijuni.

L-aħħar intervent isir minn Fleur Abela, rappreżentanta tal-għaqda Studenteska, Pulse. Issostni li Pulse kienet minn tal-ewwel  li kienet favur il-proċess tal-IVF pero’ għad hemm bżonn ta’ klarifikazzjoni dwar embryo vetrification. Huwa ukoll importanti li jkollok dritt ghal-familja u għat-tfal.

L-aħħar kummenti mill-panel jibda billi Naomi Cachia tgħid li l-ebda NGO u għaqda m’għandha dritt li tgħaddi ċerti kummenti li tidrementa persuni li qed jgħaddu jew għaddew mill-proċess tal-IVF.

Mark Sant jikonkludi fejn isostni li mara ma jkolliex xewqa li jkollha t-tfal pero jkollha bżonn bioloġiku li jkollha t-tfal. Għalhekk hemm bżonn li jiġu inklużi ix-xewqat tar-raġel ukoll. Hemm bżonn ukoll li tiġi provduta terapija u support għal dawk li qed jgħaddu minn dan il-proċess. Huwa importanti lil-proċess propost jagħti importanza lis-saħħa tat-tarbija.

Fl-aħħar punti tagħha Claudette Abela Baldacchino tgħid li irid ikun hemm kompassjoni għal dawn in-nies li jgħaddu minn dan il-proċcess. Sakemm din il-liġi ma tiġix imbidla, ser ikun hemm inugwaljanza bejn dawk il-koppji li jifilħu finanzjarjament u jagħmlu l-proċess differenti minn dak ta’ Malta b’iktar rata ta’ suċċess, u dawk li jkollhom jużaw il-proċess provdut lokalment. L-appell tagħha huwa li jingħata support lil min għaddej minn dan il-proċess.

L-aħħar punt ta’ Fr. Mark Sultana ikun dwar id-dinjita’ tal-embrijuni, punt li għalih ma ġiex diskuss fil-fond illum. Ma jridx jiġi indirizatt biss mill-aspett bioloġiku imma jiġi inkluz id-drittijiet ta’ l-embrijuni, anke fuq bazijiet leġali.

Glenn jghalaq dan il-workshop billi jisteiden lil l-Onor. Chris Fearne biex jikkonkludi abbażi tal-punti li ssemmew illejla.

 

 IMG_7414

07 Oct, 15

 

 

latest comments

There are 0 comment. on "AĠĠORNAT: Progress b’Responsabbiltà | Ir-Riforma fil-liġi tal-Protezzjoni tal-Embrijuni"