Now loading.
Please wait.

menu

Blog Article

START | LAUNCH

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti (FŻL) ilbieraħ filgħaxija uffiċċjalment nieda l-kampanja Start permezz ta’ attività taħt it-tinda qrib il-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan, indirizzata mill-Prim Ministru Joseph Muscat.

 

Din il-kampanja se tkun qed tippromwovi l-kandidati żgħażagħ li se jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fil-11 t’April f’isem il-Partit Laburista. Din is-sena se jkunu qed jikkontestaw 58 kandidat taħt il-35 sena, u il-FŻL jemmen bis-sħiħ li bl-enerġija u determinazzjoni tagħhom dawn iż-żgħażagħ għandhom potenzjal iservu fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom u jtejbu l-ħajja tar-residenti  b’ideat friski.

 

Matul il-ġimgħat li ġejjin, il-FŻL se jorganizza numru t’attivitajiet oħra bil-ħsieb li jagħti pjattaforma lil dawn il-kandidati. Se jsiru laqgħat f’uħud mill-lokalitajiet fejn se ssir l-elezzjoni sabiex ir-residenti jsiru jafu iktar liż-żgħażagħ li qed jikkontestaw.

 

Barra minn hekk, fid-dawl li, għall-ewwel darba, żgħażagħ ta’ bejn 16 u 18-il sena se jkollhom id-dritt tal-vot, il-FŻL se jkun qed jorganizza ukoll attivitajiet immirati lejn dawn iż-żgħażagħ sabiex fil-11 t’April jeżerċitaw id-dritt tal-vot u jkollhom sehem attiv fil-lokalità tagħhom.

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti jemmen li kampanja bħal din hija turija ċara tal-fiduċja li l-Partit Laburista għandu fiż-żgħażagħ.

14 Mar, 15

 

 

latest comments

There are 0 comment. on "START | LAUNCH"