Now loading.
Please wait.

menu

Blog Article

Stqarrija | Jum il-Mara 2017

Stqarrija

L-Erbgħa 8 ta’ Marzu 2017

Maħruġa mill-Forum Żgħażagħ Laburisti

Stqarrija Jum il-Mara

Hekk kif jikkonċidu Jum il-Mara u sena oħra ta’ Gvern Laburista, il-Forum Żgħażagħ Laburisti bi pjaċir jinnota li l-emanċipazzjoni totali tan-nisa f’kull qasam, speċjalment dak ekonomiku, hija prijorità fil-ħidma tal-Gvern.

Dan iserħilna rasna lit-tfajliet li komplew bl-istudju tagħhom u għandhom livell ta’ edukazzjoni għoli jew medju, ma jkollhomx għalfejn jabbandunaw il-karriera tagħhom minħabba responsabbiltajiet domestiċi; sitwazzjoni li għalkemm tidher arkajka, għadha r-realtà ta’ numru ta’ familji.

B’hekk ħadna pjaċir bid-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat il-Ħadd li għadda fejn semma kif qed jiġi diskuss li tidħol iktar flessibiltà kif jittieħed il-leave tal-maternità, kif ukoll, bil-ħsieb lir-responsabbiltajiet domestiċi jinqasmu bejn il-ġenituri kif inhu xieraq, jingħaqdu flimkien il-leave tal-maternità u paternità u b’hekk il-leave ikun jista’ jinqasam bejniethom. Il-Forum Żgħażagħ Laburisti iħares ‘l quddiem biex dawn il-proposti jiġu attwati fiż-żmien li ġej.

Għan-nisa fid-dinja tax-xogħol, il-gender pay gap hija t-tieni l-inqas l-Ewropa, u filwaqt li dan huwa fatt inkoraġġanti, inħeġġu lill-Gvern biex jibqa’ jaħdem sabiex din tingħalaq kompletament fis-snin li ġejjin. It-totalità ta’ dawn il-miżuri, flimkien ma oħrajn bħaċ-childcare b’xejn, jassigura li n-numru ta’ nisa fid-dinja tax-xogħol jibqa’ jiżdied, u b’hekk ikollhom indipendenza finanzjarja massima. Huma dawn il-miżuri li verament huma kejl ta’ soċjetà progressiva.

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

08 Mar, 17

 

 

latest comments

There are 0 comment. on "Stqarrija | Jum il-Mara 2017"