Now loading.
Please wait.

menu

Blog Article

Stqarrija: L-FŻL jilqa’ b’ sodisfazzjoni id-deċiżjoni tal-NCFHE

Stqarrija

It-Tlieta 26 ta’ Jannar 2016

Maħruġa mill-Forum Żgħażagħ Laburisti

L-FŻL jilqa b’ sodisfazzjoni id-deċiżjoni tal-NCFHE

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti (FŻL) jilqa’ b’ sodisfazzjon il-fatt li dalgħodu l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanżata u Ogħla (NCFHE) ħabbret li ħarget liċenzja lil Sadeen Education Investment sabiex tibda topera bħala Higher Education Institution taħt l-isem ta’ American Institute of Malta.

Dan huwa biss l-ewwel pass sabiex pajjiżna jkollu t-tieni Università tiegħu, investiment barrani dirett li ser ikompli jgħin sabiex ikun hawn diversifikazzjoni fl-għażla ta’ istituzzjonijiet edukattivi ta’ livell terzjarju.

Wieħed ma jistax jinsa illi dan huwa biss ħolqa minn investimenti oħra illi dan il-gvern irnexxielu jressaq lejn pajjiżna, fosthom ukoll l-Università Medika Barts illi ser topera mill-gżira Għawdxija.

Dan ser ikompli jservi sabiex aktar studenti Maltin ikunu jistgħu jispeċċjaliżaw fl-istudji tagħhom f’pajjiżna, filwaqt li ser nattiraw lejn pajjiżna ukoll eluf ta’ studenti barranin illi permezz tal-istudji taghhom ser ikomplu iħallu impatt pożittiv fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna.

Nilqgħu wkoll b’ sodifazzjon il-kawtela illi intużat mill-NCFHE sabiex il-process ta’ akkreditazzjoni jkun wieħed illi joħloq ċertezza u mhux ċertifikazzjoni mingħajr ebda saħħa. Dan ser iwassal sabiex ma tirepetix ruħha l-istorja illi ġrat taħt l-amministrazzjoni preċedenti fejn l-MCAST spiċċat offriet kors illi ma kellu l-ebda għarfien abażi tas-sistema ta’ akkreditazzjoni Ewropea.

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti għalhekk jappella lill-Gvern sabiex ikompli jaħdem biex iressaq aktar istituzzjonijiet edukattivi internazzjonali lejn pajjiżna. Dan kollhu minbarra illi ser ikompli ikabbar l-opportunitajiet akkademiċi għall-istudenti Maltin ser jgħin wkoll biex ikompli iressaq aktar investiment lejn in-naha t’ isfel ta’ pajjiżna, żona illi għall-snin twal tħalliet nieqsa minn kull investiment taħt amministrazzjonijiet preċedenti.

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

26 Jan, 16

 

 

latest comments

There are 0 comment. on "Stqarrija: L-FŻL jilqa’ b’ sodisfazzjoni id-deċiżjoni tal-NCFHE"