Now loading.
Please wait.

menu

Blog Article

Stqarrija| L-Ugwaljanza hija ċ-ċavetta tas-suċċess

Stqarrija

Il-Ħadd 8 ta’ Marzu 2015

Maħruġa mill-Forum Żgħażagħ Laburisti

L-Ugwaljanza hija ċ-ċavetta tas-suċċess

It-8 ta’ Marzu għandu jkun jum li fih inkomplu nsaħħu l-ġlieda għall-ugwaljanza mhux b’sempliċiment retorika, iżda b’miżuri u passi konkreti. Għalkemm il-Forum Żgħazagħ Laburisti jilqa’ b’sodisfazzjon l-aħħar statistiċi Ewropej li jindikaw li f’Malta, id-distakk fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel huwa fost l-inqas mill-pajjiżi Ewropej, nemmnu li l-kompetenzi u l-ħiliet tan-nisa għandhom jiġu meqjusa daqs dawk tal-irġiel, u l-ebda forma ta’ diskriminazzjoni f’dan ir-rigward ma tista’ tiġi ġġustifikata.

L-investiment fin-nisa huwa investiment f’50% tas-suq tax-xogħol, u spinta għat-tkabbir ekonomiku. Huwa importanti li l-mara tingħata s-sapport meħtieġ mill-Gvern u istituzzjonijiet oħra permezz ta’ qafas ta’ liġijiet u inizjattivi li jantiċipaw u jtaffu d-diffikultaijiet u prattiċi diskriminatorji li din taffaċċja fid-dinja tax-xogħol. Iċ-childcare bla ħlas u l-introduzzjoni tal-fond tal-leave tal-maternità mħabbar fil-Budget li għadda huma żewġ miżuri li jindirizzaw direttament dawn l-isfidi u f’dan il-jum il-Forum Żgħażagħ Laburisti jħeġġeġ lill-Gvern biex jibqà jpoġġi din il-kwistjoni fuq nett tal-aġenda tiegħu.

Lil’hinn minn xtutna, il-ġlieda għad-drittijiet tan-nisa tieħu dimensjoni differenti. Madwar id-dinja, miljuni ta’ tfajliet u nisa għad m’għandhomx aċċess għall-edukazzjoni, u d-diversi opportunitajiet li din iġġib magħha. Ma nistgħu qatt insostnu l-ġlieda għall-ugwaljanza u l-ġustizzja soċjali sakemm ma nindukrawx lin-nisa u tfajliet kollha permezz tal-edukazzjoni u ambjent ħieles mid-diskriminazzjoni u l-vjolenza. L-FZL jibqa’ jisħaq li l-ugwaljanza hija ċ-ċavetta għall-progress.

 

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

08 Mar, 15

 

 

latest comments

There are 0 comment. on "Stqarrija| L-Ugwaljanza hija ċ-ċavetta tas-suċċess"