Now loading.
Please wait.

menu

Blog Article

Stqarrija | Oppożizzjoni Nazzjonalista; Politika tad-double standards

Stqarrija maħruġa mill-Forum Żgħażagħ Laburisti

L-Erbgħa 6 ta’ April 2016

Oppożizzjoni Nazzjonalista; Politika tad-double standards

Illum, bħala Forum Żgħażagħ Laburisti konna preżenti quddiem il-Qrati Maltin sabiex insemmgħu leħinnha kontra l-ipokrezija u d-double standards li bihom hija kkaratterizzata it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista taħt Simon Busuttil.

Bħala FŻL nemmnu li l-liġi qegħda hemm għal kulħadd, kemm għaċ-ċittadini privati u kemm għall-politiċi, bla eċċezzjoni.

Għaldaqstant, bħal ma Simon Busuttil kellu d-dritt li jiftaħ libell kontra l-eks President tal-Partit Laburista Manuel Cuschieri, l-istess għandu dritt kull ċittadin.

Ninsabu allarmati bil-fatt li kien l-istess Jason Azzopardi li riċentament kompla jagħti x’jifhem li l-politiċi għandhom jitqiesu superjuri fuq iċ-ċittadin privat billi tenna jgħid li l-libell kriminali għandu jibqa’ għall-artisti f’każ ta’ vilifikazzjoni tar-reliġjon. Hawnhekk nistaqsu jekk il-pożizzjoni ta’ Simon Busuttil f’dan il-każ hix sempliċiment kontinwazzjoni ta’ politika opportunista u partiġġjana.

Hija ironika ukoll, kif Simon Busuttil irid li l-politiku ikun liberu jgħi dli jrid, iżda fl-istess nifs hu u l-partitarji tiegħu attakkaw lill-membri tal-għaqda li esponew id-double standards ta’ Simon Busuttil.

Il-libertà tal-espressjoni m’għanda qatt tisfa fiċ-ċentru ta’ logħba politika, għad-detriment tal-ħafna u l-vantaġġ tal-ftit.

Anness ma’ din l-istqarrija qed nippublikaw wkoll ittra li ser tintbghat f’ isem il-Forum Żgħażagħ Laburisti lill Manfred Weber, Chairperson tal-Partit Popolari Ewropew.

 

 

Ittra lil Manfred Weber

06 Apr, 16

 

 

latest comments

There are 0 comment. on "Stqarrija | Oppożizzjoni Nazzjonalista; Politika tad-double standards"