Now loading.
Please wait.

menu

Blog Article

Stqarrija | Il-FŻL jaqbel mal-proposta ta’ vot għal żgħażagħ ta’ 16 – il sena fl-elezzjonijiet Ġenerali

Stqarrija

It-Tnejn 26 ta’ Settembru 2016

Maħruġa mill-Forum Żgħażagħ Laburisti

 

Il-FŻL jaqbel mal-proposta ta’ vot għal żgħażagħ ta’ 16 – il sena fl-elezzjonijiet Ġenerali

 

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti jilqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li fil-baġit li jmiss il-Gvern se jkun qed jibda konsultazzjoni pubblika dwar il-proposta li żgħażagħ ta’ 16 –il sena jivvutaw fl-elezzjonijiet ġenerali f’pajjiżna. Il-Forum Żgħażagħ Laburisti jaqbel li dawn iż-żgħażagħ għandu jingħatalhom il-vot, bħal ma diġa sar minn dan il-Gvern stess għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien diġa ddikjara s-sena l-oħra waqt il-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet lokali, li fihom iż-żgħażagħ ta’ 16 –il sena kienu qed jivvutaw għall-ewwel darba, li dan kien l-ewwel u li l-pass li jmiss kien li żgħażagħ ta’ dik l-età jibdew jivvutaw ukoll fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u fl-elezzjonijiet Ġenerali.

Żgħażagħ ta’ dik l-età jkunu diġa ħadu bosta deċiżjonijiet importanti u li jidetterminaw il-futur tagħhom u għandhom allura huma wkoll ikollhom il-jedd li jidetterminaw il-futur ta’ pajjiżhom. Minkejja li dan il-Gvern m’għandux il-mandat elettorali li jdaħħal il-vot lil żgħażagħ ta’ 16 –il sena xorta waħda qed jaħdem biex idaħħal aktar drittijiet ċivili hekk kif rajna tul din il-leġislatura kollha, fosthom anke aktar drittijiet liż-żgħażagħ u propju għalhekk se jkun qed jimbotta ‘il quddiem konsultazzjoni pubblika fuq il-materja.

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti huwa kburi li qed ikun huwa wkoll parti mill-legat li se jħalli warajh dan il-Gvern fejn iż-żgħażagħ qed ikunu tabilħaqq protagonisti u mhux biss ‘ornament’ waqt xi manifestazzjoni politika.

Din hija link dwar’ diskors li kien għamel il-Prim Ministru Joseph Muscat dwar vot lil żgħażagħ ta’ 16 –il sena fl-elezzjoni ġenerali:

 

http://www.timesofmalta.com/articles/view/20150408/local/updated-vote-to-16-year-olds-for-council-elections-only-the-first-step.563156

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista  

26 Sep, 16

 

 

latest comments

There are 0 comment. on "Stqarrija | Il-FŻL jaqbel mal-proposta ta’ vot għal żgħażagħ ta’ 16 – il sena fl-elezzjonijiet Ġenerali"