Now loading.
Please wait.

menu

Blog Article

Stqarrija | VOT 16 Nazzjonali; pass naturali

Stqarrija

It-Tlieta 12 ta’ Settembru 2017

Maħruġa mill-Forum Żgħażagħ Laburisti

VOT 16 Nazzjonali; pass naturali

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti jilqa’ b’sodisfazzjon il-konsultazzjoni pubblika li tnediet dwar il-Vot 16.

Wara li fl-2015 żgħażagħ ta’ 16 u 17-il sena setgħu, għall-ewwel darba, jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali, huwa pass naturali li dan il-vot jiġi estiż ukoll għall-elezzjonijiet ġenerali u dawk Ewropej.

Kif iż-żgħażagħ għandhom l-obbligi tagħhom x’jonoraw meta jkunu fid-dinja tax-xogħol u kif għandhom l-għażla li jidħlu fiż-żwieġ ta’ dik l-istess età, għandu jkollhom iċ-ċans li jagħżlu r-rappreżentanti tagħhom fl-ogħla istituzzjonijiet demokratiċi.

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti jinnota wkoll bi pjaċir li qed ikun diskuss jekk ta’ 16–il sena, żagħżugħ jew żagħżugħa għandhomx ikollom iċ-ċans li jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, u konsegwentement, ikollhom il-possibilità li jsiru Sindki.

Ta’ sodisfazzjon ukoll li għal darb oħra l-gvern qed iżomm l-impenji tal-programm elettorali tal-Partit Laburista, li jibqa’ jkun fuq quddiem ta’ dawn ir-riformi importanti fil-pajjiż.

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti jfakkar li fl-aħħar elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, il-Partit Laburista ippreżenta 58 kandidat taħt il-35 sena, li minnhom kienu eletti 77.6%, inkluż seba’ sindki ġodda u tnejn li kienu ikkonfermati fil-pożizzjoni tagħhom. 

Forum Żgħażagħ Laburisti

12 Sep, 17

 

 

latest comments

There are 0 comment. on "Stqarrija | VOT 16 Nazzjonali; pass naturali"