Now loading.
Please wait.

menu

Blog Article

Stqarrija: Suċċess internazzjonali ieħor għall-Forum Żgħażagħ Laburisti

Suċċess internazzjonali ieħor għall-Forum Żgħażagħ Laburisti

 Stqarrija maħruġa mill-Forum Żgħażagħ Laburisti, is-Sibt 27 ta’ Frar 2016

 

 

Għall-ewwel darba, Malta ser ikollha Viċi-President tal-għaqda internazzjonali taż-żgħażagħ Soċjalisti u Soċjal-Demokratiki, il-IUSY.

Nikita Ellul, li preżentament tokkupa wkoll il-kariga ta’ Viċi President fi ħdan l-eżekuttiv tal-FŻL, kienet eletta fil-Kariga ta’ Viċi President tal-IUSY wara li kienet approvata llum waqt il-Kungress Internazzjonali li qiegħed isir f’Tirana, l-Albania.

Nikita Ellul ilha tinvolvi ruħha fi ħdan il-Forum Żgħażagħ Laburisti sa mill-2008 permezz tal-fergħat lokali tal-FŻL. Wara l-elezzjoni ġenerali tal-2013, fil-laqgħa Ġenerali Straordinarja, Ellul kienet maħtura bħala Uffiċjal għar-Riżorsi Umani u fl-2014 ingħatat ir-responsabbiltà ta’ Viċi President tal-Għaqda. Ellul kisbet Bachelor of Science in Statistics & OR and Banking and Finance.  

Intant fl-istess kungress, Glenn Micallef, Segretarju Internazzjonali tal-FŻL kien elett fil-Control Commission tal-IUSY. Glenn Micallef ilu jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Internazzjonali tal-Forum Żgħażagħ Laburisti mill-2014. Micallef għal diversi snin kien involut fil-politika studenteska u kien jokkupa wkoll il-kariga ta’ President tal-Għaqda Soċjal-Demokratika PULSE. Glenn Micallef hu gradwat fl-istudji Ewropej. B’hekk Malta hija l-uniku pajjiż b’żewġ membri fit-tmexxija ta’ din l-organizazzjoni.

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti jawgura lil Nikita Ellul u Glenn Micallef fir-responsabbiltajiet il-ġodda tagħhom,  filwaqt li jtenni l-importanza li jkompli jsaħħaħ ir-relazzjonijiet tal-għaqda b’mod internazzjonali bħal ma ġara tul dawn l-aħħar tlett snin, li matulhom fost l-oħrajn l-FŻL ospita f’Malta l-akbar festival internazzjonali taż-żgħażagħ Soċjalisti u Soċjal Demokratiċi madwar id-dinja; il-IUSY World Festival fl-2014 u diversi seminars u workshops internazzjonali.

 

Nikita Ellul

Nikita EllulGlenn Micallef

Glenn Micallef

28 Feb, 16

 

 

latest comments

There are 0 comment. on "Stqarrija: Suċċess internazzjonali ieħor għall-Forum Żgħażagħ Laburisti"