Now loading.
Please wait.

menu

Blog Article

Vot ta’ fiduċja fil-Partit Laburista, vot ta’ fiduċja fiż-żgħażagħ

Stqarrija

Il-Ħadd 19 ta’ April 2015

Maħruġa mill-Forum Żgħażagħ Laburisti

Vot ta’ fiduċja fil-Partit Laburista, vot ta’ fiduċja fiż-żgħażagħ

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti jinsab sodisfatt immens bir-riżultati li kisbu l-kandidati żgħażagħ li pparteċipaw f’isem il-Partit Laburista, li ppreżenta tim b’saħħtu ta’ 58 kandidat taħt il-35 sena. Minnhom ġew eletti 44 minn 58 kandidat żagħżugħ, persentaġġ ta’ 76%, inkluż 7 sindki ġodda, bl-iżgħar wieħed ta’ 18-il sena, u 2 ikkonfermati mill-ġdid wara li kienu eletti għall-ewwel darba tlett snin ilu.

Huwa importanti wkoll li nfakkru li din l-elezzjoni kienet storika fir-rigward tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ permezz tal-Vot16.

B’hekk nistgħu nikkonkludu li l-kampanja START kienet suċċess.  Din kienet ukoll rebħa ghaż-żgħażagħ kandidati li bl-enerġija u d-determinazzjoni tagħhom ingħataw il-fiduċja tal-elettorat u li issa ser jaħdmu id f’id mal-kunsillieri eletti sabiex ikunu ta’ servizz għall-poplu li eliġġihom.

 

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

 

Add subtitle text (6)-1

19 Apr, 15

 

 

latest comments

There are 0 comment. on "Vot ta’ fiduċja fil-Partit Laburista, vot ta’ fiduċja fiż-żgħażagħ"